Lokali

“Dawn l-għaqdiet għandhom bżonn l-għajnuna tagħna”

“Dawn l-għaqdiet għandhom bżonn l-għajnuna tagħna”

Hekk iddikjarat Alexandra Genovese, il-President tal-Lions Club Mdina Malta Host. Meta mistoqsijja għaliex il-club tella’ dan l-avveniment b’risq l-ALS dar Bjorn.

Il-car show li ttellgħat bejn it-tmienja ta’ filgħodu u nofsinhar lqagħet diversi clubs tal-karozzi u muturi minn madwar Malta li attendew u taw id-donazzjoni tagħhom lil Dar Bjorn.

L-ewwel għaqda kienet Ford Owners Group li ta’ kemm-il darba pparteċipat f’diversi avvenimenti madwar Malta .

Għal dan l-avveniment ingħaqdu wkoll il-skull bikers Malta SMC li pprovdu l-muturi tagħhom għal din il-wirja.

Kif ukoll attendewMini Owners Club li wkoll uwrew l-appoġġ tagħhom għall-ALS dar Bjorn.

Minħabba l-kundizzjoni ħażina li fiha jinsab Bjorn Formosa, għal din il-wirja attendiet ir-rappreżentata tiegħu Gledna Bartolo, fejn tagħat ir-ringrazzjament tagħha tal-għajnuna kollha li ngħatat waqt din il-wirja.

Waqt din il-Wirja l-Lions Club Mdina Malta Host stqarr ukoll l-importanza li nkomplu ngħinu lill-ALS Djar Bjorn.

Tags