Minn Neil Camenzuli
Iċ-Champion Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix fl-Italja fit-trakka ta’ Monza. Fit-tieni post temm it-tellieqa s-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc . B’dan ir-rizultat Verstappen jirbaħ il-ħames Grand Prix konsekuttiva u jinsab 116-il punt fuq is-sewwieq Monagesk, Charles Leclerc. George Russell ta’ Mercedes spiċċa fit-tielet post u b’hekk is-sewwieq Ingliż ikun l-aħħar sewwieq li jsib postu fuq il-podium.
Carlos Sainz ta’ Ferrari u Lewis Hamilton ta’ Mercedes kienu s-sewwieqa li spiċċaw fir-raba’ u l-ħames post. Is-sewwieq Messikan Sergio Perez ma kellux ħafna ċaqlieq matul it-tellieqa u temm fis-sitt post. Is-sewwieq ta’ McLaren Lando Norris u Pierre Gasly ta’ AlphaTauri spiċċaw fis-seba’ u fit-tmien post rispettivament. Nyck De Vries ta’ Williams ġabar il-punti fid-debutt tiegħu hekk kif temm it-tellieqa fid-disa’ post. Zhou Guanyu ta’ Alfa Romeo huwa l-aħħar sewwieq li jagħmel parti minn l-ewwel għaxra.
Daniel Riccardo ta’ McLaren, Lance Stroll ta’ Aston Martin, Fernando Alonso ta’ Alpine u Sebastian Vettel ta’ Aston Martin kienu s-sewwieqa li ma temmewx it-tellieqa.
//= $special ?>