Lokali

Jingħaqdu mill-ġdid iċ-ċiklisti f’Ħaż-Żabbar

Wara sentejn ta’ pandemija, ir-residenti Żabbarin qiegħdin mill-ġdid iċċelebraw il-festa tant għażiża għalihom…il-Festa tal-Madonna tal-Grazzja.

Madankollu din il-festa mhiex bħal festi oħrajn hekk kif għal din il-festa ingħaqdu f’pallegrinaġġ is-sewwieqa tar-roti u muturi sabiex juru l-imħabba tagħhom għall-Madonna tal-Grazzja, li hija wkoll il-patruna taċ-ċiklisti.

Il-Pellegrinaġġ tar-roti u muturi ilu jsir mill-1951 minn meta l-Arċisqof ta’ Malta l-Monsinjur Mikiel Gonzi, ikkuruna x-xbieha mirakuluża tal-Madonna tal-Grazzja. B’hekk, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ġie organizzat pellegrinaġġ bir-roti u bil-muturi, u minn dik is-sena l-hawn dan il-pellegrinaġġ ġie organizzat kull sena.

Il-pellegrinaġġ kien twil madwar 14-il kilometru bil-muturi jitilqu mill-Mosta u ċ-ċiklisti mir-Rabat, biex umbad jiltaqgħu kollha Ħaż-Żabbar fejn jiġu mbierka mill-Arċisqof ta’ Malta l-Monsinjur Charles Scicluna.

Tags