Sampdoria 1-2 Milan
Fil-Marassi Milan komplew jikkonfermaw il-bidu mill-aqwa tagħhom u b’goals ta’ Messias u Giroud għelbu lil Sampdoria 2-1.
Milan fetħu l-iskor wara biss 6 minuti minn azzjoni mibdija minn nofs pitch minn Leao li avvanza u biddel il-ballun ma’ Giroud u ma’ De Ketelaere biex finalment il-ballun wasal and Junior Messias li b’xutt fil-baxx għeleb lil Audero. Ħames minuti wara Sampdoria sfortunati meta x-xutt b’saħħti ta’ Filip Djuricic stampa mal-mimduda.
It-tieni taqsima ma’ bdietx daqstant tajjeb għal milan hekk kif wara żewġ minuti spiċċaw b’għaxra minn nies wara li tkeċċielhom Rafael Leao għat-tieni karta safra. Sampdoria approfittaw mir-raġel inqas u fis-57 minuta ġabu d-draw. Kien kross mill-isbaħ ta’ Tommaso Augello li sab lil Filip Djuricic li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ rass mill-isbaħ tefa’ ġewwa. Fis-66 minuta Milan ingħataw penalty għal hansball ta’ Villar li ingħata mill-VAR. Mill-11-il metru kien Oliver Giroud li skorja l-goal tar-rebħa ta’ Milan
//= $special ?>