Futbol Sport

Serie A: Rebħiet għal Lazio u Bologna

(Ritratt: EPA)

Minn Neil Camenzuli

Lazio 2-1 Verona

Fl-Olimpico Lazio ħarġu rebbieħa kontra Verona f’partita li kienet mimlija battibeki bejn iż-żewġ timijiet. L-ewwel azzjoni denja ta’nota waslet minn xutt minn barra l-kaxxa kbira tal-midfielder ta’ Lazio, Toma Basic, iżda l-goalkeeper Lorenzo Montipo laqà tajjeb ħafna. Fit-tieni taqsima Lazio sabu l-gowl li tant kienu qed jistennew fit-68 minuta permezz tal-attakkant prolifiku Ciro Immobile minn kross ta’ Milinkovic-Savic. Lazio reġgħu sabu x-xibka ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ gowl maħdum tajjeb ħafna minn Mattia Zaccagni u konkluzjoni ta’ Luis Alberto

Bologna 2-1 Fiorentina

Fi Stadio Renato Dall’Ara logħba milmija azzjonijiet bejn Fiorentina u Bologna, b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa 2-1.

Fl-ewwel taqsima kienu bla dubju Fiorentina li wrew iktar rieda sabiex isibu l-gowl hekk kif fid-19 il-minuta Giacomo Bonaventura qabez żewġ difensuri minn naħa tal-lemin u prova jikkonkludi iżda x-xutt kien għoli wisq. Kienu Fiorentina li reġgħu kienu viċin li jiftħu l-iskor fit-38 minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ Jovic iżda l-attakkant Serb ma rnexxilux isib ix-xibka. Fit-tieni taqsima il-Viola sabu l-gowl tant mistenni tagħhom ftit wara s-suffara permezz tad-difensur Arġentin Lucas Martinez Quarta minn pass tal-midfielder Taljan Riccardo Saponara. Bologna irrispondew minufih hekk kif sabu x-xibka fit-58 minuta b’xutt fil-baxx mill-attakkant Musa Barrow. Bologna skorjaw il-goal tar-rebħa tlett minuti wara permezz ta’ gowl tat-topscorer tal-kampjonat Marko Arnautovic. Ftit minuti qabel tmiem il-partita tkeċċa d-difensur ta’ Fiorentina Igor wara li kkometta foul fuq De Silvestri u rċieva t-tieni karta safra tiegħu.

Marko Arnautovic jiskorja s-sitt goal tiegħu u bħalissa huwa l-aqwa skorer tal-kampjonat (Ritratt: EPA)

Atalanta 1-1 Cremonese

Fil-Gewiss Stadium, Atalanta miżmuma minn Cremonese fl-ewwel logħba tal-ġurnata. Atalanta kienu bla dubju l-iktar dominanti f’dan il-konfront hekk kif iddominaw il-pussess tal-ballun u kellhom iktar xuttijiet lejn il-lasta.

L-ewwel azzjoni denja ġiet wara kwarta logħob minn Cremonese wara li d-difensur ta’ Atalanta, Caleb Okoli żbalja fil-pass tiegħu f’tarf il-kaxxa l-kbira fejn l-attakkant ta’ Cremonese Dessers prova jegħleb lil-goalkeeper minn naħa tax-xellug iżda l-ballun ġie mblukkat mid-difensur ċentrali Merih Demiral u waqa’ f’saqajn il-midfielder Arġentin Gonzalo Escalante li ma irnexxilux isib il-lasta. Ftit minuti qabel l-ewwel taqsima kien imiss lil Atalanta li jippruvaw jsibu ix-xibka permezz ta’ xutt b’saħħtu min fuq il-lemin ta’ Ademola Lookman iżda l-konklużjoni tal-attakkant Ingliż ma kienetx tajba bizejjed biex tegħleb lil-goalkeeper Radu.

Atalanta reġgħu ħarġu aggressivi fit-tieni taqsima u kważi sabu l-gowl tal-vantaġġ fis-65 minuta minn free kick ta’ Koopmeiners minn naħa tal-lemin iżda sfortunatament għal La Dea il-gowl ġie mħassar wara konsultazzjoni tal-VAR. Madankollu Atalanta sabu l-gowl li kienu tant ilhom iffitxu permezz ta’ daqa’ ta’ ras minn Merih Demiral fl-74 minuta. Cremonese tawrisposta minufih permezz ta’ gowl mid-difensur laterali Emmanuele Valeri li sab il-lasta minn rebound ta’ xutt ta’ Santiago Asacibar.

Lecce 1-1 Monza

F’ Via Del Mare, Monza ġabru l-ewwel punti tagħhom fil-konfront tagħhom kontra Lecce.

Fl-ewwel taqsima kienu Monza li ħadu l-vantaġġ permezz ta’ free kick pinġut minn naħa tal-lemin tal-midfielder misluf mingħand Inter Stefano Sensi wara li sar foul fuq l-istess plejer ftit sekondi qabel. Fit-tieni taqsima Lecce ħarġu ħerqana li jsibu l-gowl tad-draw u hekk propju irnexxilhom jagħmlu tlett minuti wara il-bidu tat-tieni taqsima permezz ta’ Joan Gonzàlez minn kross ta’ Michele Di Gregorio.

Sassuolo 1-1 Udinese

Fil-Mapei Stadium, Udinese komplew il-bidu perfett tagħhom hekk kif ħarġu rebbieħa fil-konfront tagħhom kontra Sassuolo. Madankollu kienu Sassuolo li ħadu l-vantaġġ fit-33 minuta pemezz ta’ xutt fil-baxx mil-midfielder internazzjonali Taljan Davide Frattesi. Propju għaxar minuti wara bdew l-isfortuni għan-Neroverdi hekk kif tkeċċa d-difensur Brażiljan Ruan wara li kkometta foul ikraħ fuq l-attakkant Isaac Succcess. Udinese kellhom jistennew sal-75 minuta sabiex kisbu d-draw permezz ta’ gowl mill-attakkant Portugiż Beto minn kross ta’ Roberto Pereyra. Ftit minuti qabel it-tmiem tal-partita Udinese kisbu l-vantaġġ b’mod drammatiku hekk kif skurjaw żewġ gowls f’żewġ minuti. Smardzic u l-istess Beto kienu dawk li sabu x-xibka għal Udinese.