Minn Charles Camenzuli
Vittoriosa Stars 3-0 Mqabba
Fis-Centenary Stadium, Vittoriosa Stars għelbu lil Mqabba 3-0.
Mit-telfa kontra Żejtun Corinthians Vittoriosa kisbu t-tieni rebħa tal-Kampjonat f’partita li ddettaw għal ħinijiet twal kif jindika wkoll l-iskor finali. Vittoriosa fetħu fuq l-offensiva f’tentattiv li jiftħu l-iskor u irnexxielhom jgħamlu dan wara biss 10 minuti b’Jeremy Delmar għeleb lil Craig Abdilla. Reazzjoni sterili minn Mqabba b’Vittoriosa jirduppjaw fil-25 minuta b’Abdilla megħlub minn Rodrigues Mauricio Osmar Brito. 2-0 sa tmiem l-ewwel taqsima sabiex fit-tieni taqsima kien Miguel Ciantar li fis-86 minuta għalaq il-partita bit-tielet gowl. Referee tal-partita kien Mehmet Oral.
Referee: Oral Mehmet
St. Andrews 1-1 San Ġwann
Fit-tieni partita fis-Centenary Stadium, St. Andrew’s u San Ġwann spiċċaw fi draw ta’ 1-1 bil-gowls jaslu fit-tieni taqsima.
Bl-ewwel taqsima tintemm mingħajr ebda gowl, fit-tieni taqsima kienu St.Andrew’s li fetħu fuq l-offensiva. Fil-51 minuta kien William James England li għeleb lil Miguel Spiteri biex poġġa lil St.Andrew’s fil-vantaġġ. Pressjoni minn San Gwann li fit-72 minuta meritatament kisbu l-gowl tad-draw wara li Jesusemen Courage Omoruanzoje għeleb lil Miguel Montfort. 1-1 rizultat li biħ intemmet wkoll il-partita.
Referee: Joseph Scerri
Fgura United 2-2 Lija Athletic
Fil-Victor Tedesco Stadium, Fgura United u Lija Athletic spiċċaw fi draw ta’ 2-2.
Wara tlett rebħiet konsekuttivi Fgura kellhom jikkuntentaw bi draw kontra avversarju skomdu f’partita li rriżultat f’waħda difficli aktar mill-previst. Kontra x-xejra tal-logħob kienu Lija li marru fil-vantaġġ wara li fit-13-il minuta Erjon Beu għeleb lil Julian Azzopardi. Lija approfittaw minn nuqqas ta’ reazzjoni immedjata tant li fil-21 minuta rduppjaw permezz ta’ Duvan Mosqera Torres, skor li bih intemmet wkoll l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima bi Fgura fuq l-offensiva fid-59 minuta kien Aroldo Da Silva Arruda li għeleb lil Craig Abdilla għat-2-1. Sitt minuti wara l-iskor sar 2-2 b’gowl ieħor minn Aroldo Da Silva Arruda. Fis-70 minuta Lija spiccaw jilgħabu bi plejer anqas wara li tkecca Sheldon Briffa għal ammonizzjoni doppja.
Referee: Malcolm Spiteri.
Attard 2-4 Melita
B’Melita fuq l-offensiva meritatament fl-14-il minuta fetħu l-iskor permezz ta’ Hiroya Konno li għeleb lil Zach Valletta. Reazzjoni minn Attard li fil-35 minuta għamlu l-iskor 1-1 permezz ta’ Nicholas Scembri li għeleb lil Ryan Caruana. Fit-tieni taqsima kibret il-pressjoni minn Melita li fit-62 minuta għamlu l-iskor 2-1 mill-ġdid permezz ta’ Konno. Għaddiet minuta u l-istess Hiroya Konno għeleb lil Valletta għat tielet gowl personali. Minkejja żvantaġġ doppju, fil-71 minuta Attard daħlu fil-partita b’gowl ieħor minn Schembri għat 3-2 . Mill-ġdid reazzjoni minn Melita li fis-86 minuta kabbru l-iskor permezz ta’ Matthew Debattista li għalaq il-partita.
Referee: Jo-Anna Vassallo
//= $special ?>