Lokali

Ċiklist jintlaqat minn xarabank fi Triq il-Kosta

Ċiklist minn San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li għal xi raġuni ntlaqat minn xarabank.

Il-każ seħħ fi Triq il-Kosta għall-ħabta tat-8 tat-Tnejn filgħodu meta xarabank, misjuqha minn mara ta’ 59 sena mill-Mellieħa, għal xi raġuni tajret raġel ta’ 34 sena li dak il-ħin kien qiegħed isuq rota.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa.