Il-21 stadju tat-Tour ta’ Spanja, La Vuelta minn Las Rozas sa Madrid Paisaije de la Luz ġab fi tmiem l-Edizzjoni ta’ din is-sena.
Suċċess għal Remco Evenepoel ta’ Belġju rebbieħ ta’ din l-Edizzjoni, 21 Stadju fuq medda ta’ 96.7 kilometri mirbuħ bi sprint fuq il-grupp mill-Kolombjan Juan Sebastian Molano Benavides ta’ Team Emirates li temm id-distanza f’ sagħtejn 26 minuta u 36 sekonda.
Warajh bl-istess ħin daħlu Mads Pedersen tad-Danimarka għal Trek Segafredo u Pascal Achermann tal-Ġermanja għal Team Emirates.
Wara dan ir-riżultat rebbieħ ta’ La Vuelta 2022 kien dikjarat il-Belġjan Remco Evenepoel ta’ Quick Step Alpha Vinyl Team b’total ta’ 80 siegħa 26minuta u 59 sekonda. Evenepoel rebaħ b’distakk ta’ sagħtejn u żewġ minuti minn Eric Mas ta’ Spanja għal Movistar Team u ta’ 4 minuti u 57 sekonda mill-Ispanjol Juan Ayuso Pesquera għal Team Emirates.
//= $special ?>