Il-Ħadd intlagħabu żewġ logħbiet oħra mill-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex fejn Għajnsielem u Nadur Youngsters it-tnejn kisbu rebħiet kontra Sannat Lions u Victoria Hotspurs rispettivament.
Sannat Lions 0-8 Għajnsielem
Fl-ewwel partita Għajnsielen kellhom passiġġata kontra Sannat Lions u f’goleada għelbuhom faċilment bl-iskor ta’ 8-0. Sannat lagħbu l-aħħar 20 minuta bi plejer inqas wara li tkeċċielhom Joseph Cassar fis-70 minuta.
Għajnsielem fetaħ l-iskor wara biss żewġ minuti permezz ta’ Shaun Attard, bl-istess plejer jgħaqqad dopjetta fit-12-il minuta. Fl-20 miunta Għajnseilem għamluhom tlieta meta Claudio Henrique Da Silva Barbosa sab ix-xibka, bl-ewwel taqsima tintemm 3-0 favur Għajnsielem.
Għajnsielem komplew jiddominaw u fis-66 minuta Patrick Dos Santos Cruz niżżel ismu fost l-iskorers biex erba’ minuti wara l-affarijiet komplew jigravaw għal Sannat bit-tkeċċija ta’ Joseph Cassar. Żewġ minuti wara t-tkeċċija Joao Pedro Oliveira Santos skorja l-5-0 għal Għajnsielem u minuta wara kien Patrick Dos Santos Cruz li skorja t-tieni goal tiegħu u s-sitt wieħed għat-tim immexxi minn Micheal Vella. Għajnsielem skorjaw żewġ goals oħra permezz ta’ Chris Camilleri u Joao Pedro Oliveira Santos minn penalty fis-77 u d-90 minuta rispettivament għal skor finali ta’ 8-0.
Referee: Daniel Portelli
Victoria Hotspurs 3-5 Nadur Youngsters
Konfront interessanti fit-tieni partita fil-Gozo Stadium fejn ukoll saru tmien gowls, iżda l-istoja kienet differenti minn dik tal-ewwel logħba hekk kif il-konfront bejn Victoria u Nadur spiċċat f’rebħa ta’ 5-3 favur l-iskwadra mmexxija minn Mark Buttigieg.
Kienu Nadur li fetħu l-iskor fis-26 minuta permezz tas-Serb Igor Nedelkjovic b’dan ikun l-uniku gowl fl-ewwel taqsima. It-tieni taqsima bdiet fuq nota ħażina għal Nadur hekk kif wara biss żewġ minuti tkeċċielhom il-goalkeeper Steve Sultana. Il-Hotspurs dehru ser japprofittaw minn din it-tkeċċija hekk kif fil-50 minuta ġabu l-gowl tad-draw permezz ta’ Olimpio Gabriel Fernandes iżda tliet minuti wara reġa kien Igor Nedelkjovic li tefa’ lil Nadur fil-vantaġġ. Reazzjoni mmedjata għal darb’oħra minn Victoria Hotspurs hekk kif fis-56 minuta reġgħu ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Elton Da Silva. Fit-73 minutaNadur ingħataw penalty u mill-11-il metru Marcelo Barbosa reġa tefa’ lit-tim tiegħu fil-vantaġġ, vantaġġ li kiber ħames minuti wara meta Oliver Cremona ta’ Victoria tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess. Fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud Elton Da Silva għaqqad dopjetta personali u għamel l-iskor 4-3 iżda minuta wara Marcelo Barbosa issiġilla r-rebħa għal Nadur Youngsters.
Referee: Sergil Boiko
//= $special ?>