Lokali

Għal soluzzjoni għall-għoli tal-ħajja stenna sal-Budget

Il-prezzijiet li dejjem qed jgħolew jinsabu fuq fomm kulħadd.

Minn ikel u xorb, għal madum u kartun. Minn prodotti għall-kura tal-annimali għal ħrieqi u toiletries.

Iżda mistoqsi kif qed tolqot lilu l-għoli tal-ħajja, il-Ministru Anton Refalo wieġeb li “il-Gvern għandu qalbu man-nies, huwa tan-nies għax jemmen fin-nies u jaħdem għan-nies u qed jaħdem bis-serjetà”.

Staqsejna lill-istess Ministru x’se jagħmel il-Gvern meta l-indikazzjonijiet huma li l-prezzijiet se jibqgħu telgħin ‘il fuq qalilna biex nisimgħu il-budget u nkunu nafu.

Staqsejnih x’qed jipproponi hu bħala Ministru, u weġibna li hu ma jipproponi xejn imma jissuġġerixxi.

Pruvajna imbagżad nistaqsuh x’qed jipproponi hu fil-qasam tiegħu, iżda anke hawn farfar fuq il-Ministru Clyde Caruana.

Bil-Ministru jgħid lill-Maltin u l-Għawdxin, biex jistennew il-budget biex forsi jkollhom soluzzjoni għall-ħajja dejjem tgħola.