Traġedja f’Ħal Qormi, fiż-żona tal-Ħandaq wara li raġel ta’ 57 sena minn Birkirkara tilef ħajtu waqt li kien fuq il-lant tax-xogħol.
Il-każ seħħ ftit wara l-għaxra ta’ filgħodu fi Sqaq iż-Żiemel, f’sit ta’ kostruzzjoni, meta għal xi raġuni l-vittma waqa madwar 5 sulari.
Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku madanakollu sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fil-post.
Filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ , il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.
Din hija s-6 fatalità din is-sena f’sit ta’ kostruzzjoni.
//= $special ?>