Ir-Re tar-Renju Unit, Karlu III, bħala l-Kap ġdid tal-monarkija, qed ikun il-personalità ewlenija fiċ-ċerimonji kontinwi li qegħdin isegwu l-mewt tar-Reġina Eliżabetta fl-età ta’ 96 sena.
Dan meta hu, dalgħodu, għamel l-ewwel indirizz tiegħu bħala Re lid-deputati parlamentari fil-House of Commons (Parlament) u li attendew għaliha wkoll il-membri (mhumiex eletti) tal-House of Lords. Dan l-avveniment ewlieni kien ukoll wieħed ċerimonjali u li matulha, Karlu rċieva l-kondoljanzi tal-iSpeaker u d-distinti kollha preżenti.
Ir-Re Karlu rringrazzja lid-deputati u l-membri tal-House of Lords għad-diskorsi ta’ solidarjetà tagħhom qabel hu tela’ jitkellem waqt li sostna li ‘kliemhom jiġbor l-essenza ta’ dak kollu li r-Reġina Eliżabetta kienet tfisser għalihom u l-poplu Britanniku.’
Ir-Re rrefera wkoll għall-piż tal-istorja fuq spallejn ir-rappreżentanti tal-poplu f’Westminster Hall u qal li d-deputati parlamentari, flimkien mal-membri tal-House of Lords, huma dedikati bis-sħiħ għat-tradizzjonijiet tal-Parlament li ilhom għal sekli,
Karlu fisser il-Parlament Britanniku bħala strument ħaj tad-demokrazija waqt li saħaq li fl-assemblea wieħed jista’ jara ħafna konnessjonijiet mal-mibkija Reġina u r-renju twil tagħha li dam għal 70 sena.
//= $special ?>

