Telgħu għal 803 in-numru ta’ fatalitajiet kawża tal-virus hekk kif fl-aħħar 24 siegħa kienet irreġistrata fatalità oħra f’pajjiżna.
Fl-aħħar sigħat 18-il persuna żdiedu maċ-ċifri uffiċjali tal-każijiet tal-Covid, biex l-istess ċifri qed jgħidu li huma 111 il-każijiet attivi bħalissa f’Malta.
Dan ifisser li skont l-awtoritajiet bejn il-Ħadd u t-Tnejn fiequ 10 minn nies.
Dawn huma ċifri ppubblikati mill-Gvern u ma jinkludux każijiet li ma jkunux irrappurtati lill-awtoritajiet.
//= $special ?>