Lokali

Jitlef ħajtu wara li ntlaqat minn mutur f’Għawdex

Raġel ta’ 62 sena sfortunatament tilef ħajtu wara ġimgħa jissielet bejn ħajja u mewt fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex hekk kif fil-5 ta’ Settembru kien intlaqat minn mutur.

Il-każ seħħ it-Tnejn, 5 ta’ Settembru, fid-2130hrs meta l-vittma residenti l-Fontana ntlaqat minn mutur fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat, Għawdex.

Huwa ntlaqat minn mutur tat-tip Honda CRF misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti l-Qala.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura…madanakollu sfortunatament wara jiem jissielet…r-raġel tilef ħajtu.

Intant l-inkjesta Maġisterjali qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech.