It-tim Għawdxi tal-ewwel diviżjoni Kerċem Ajax inawgura dressing room mill-isbaħ fil-kumpless tagħhom. It-tim għamel użu mid-dressing room għall-ewwel darba nhar il-ġimgħa li għadda fl-ewwel logħba tal-istaġun li lagħbu kontra t-tim ta’ Xewkija Tigers fejn ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0.
Fi stqarrija l-klabb qal li fil-jiem li ġejjin se tkun qed issir inawgurazzjoni uffiċjali ta’ din id-dressing room.
//= $special ?>