Il-Prim Ministru tal-Iżvezja, Magdalena Andersson qalet li r-riżulati tal-elezzjoni ġenerali għadhom imprevedibbli minħabba li l-gruppi politiċi rivali jinsabu ras-imb-ras wara tellieqa missielta.
Ir-riżultat finali tal-elezzjoni x’aktarx li jkun ikkonfermat sa nofs il-ġimgħa u ladarba jingħaddu l-voti kollha – inklużi l-voti mitfugħin bil-posta.
L-exit polls,għall-bidu, kienu bassru rebħa għall-koalizzjoni tal-lemin fil-Gvern iżda wara, ħarġu indikazzjonijiet li l-grupp tal-partiti tal-lemin kellu ċans għal vantaġġ minimu u deċiżiv.
Il-kriminalità u l-integrazzjoni tal-komunitajiet kienu issues ewlenin waqt il-kampanja elettorali u għaldaqstant, id-Demokratiċi Żvediżi (radikali tal-lemin) qegħdin jidhru kważi ċerti li jsiru t-tieni l-akbar partit fl-Iżvezja.
L-ewwel indikazzjonijiet wara l-vot issuġġerew li l-koalizzjoni tal-Prim Ministru Andersson, magħmulha minn erba’ partiti tal-xellug, kellha tirbaħ l-elezzjoni bi kważi 50 fil-mija tal-vot. Iżda, ftit wara, xi riżultati parzjali wrew vantaġġ għall-grupp tal-lemin rivali fost it-tbassir (mhux ikkonfermat) li dan il-grupp kellu jirbaħ 178 minn fost it-359 siġġu fil-parlament.
Dan wara li kien konkluż l-għadd tal-voti mitfugħin f’94 fil-mija tad-distretti elettorali.
//= $special ?>

