Lokali

Mistoqsija fuq l-istrateġija tal-Gvern dwar l-inċidenti, Miriam Dalli tgħid li dawn huma ‘sfortuna’

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, kienu rreġistrati 500 inċident tat-traffiku. Dan joħroġ minn statistika uffiċjali tal-NSO.

6 persuni tilfu ħajjithom f’dawn l-inċidenti, b’aktar fatalitajiet jiżdiedu matul ix-xahrejn u nofs ta’ wara.

Net News staqsa lill-Ministru Miriam Dalli x’qed jagħmel il-Gvern biex irażżan dawn l-inċidenti, u jżid is-sigurtà fit-toroq Maltin u Għawdxin.

Ċifri tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-ewwel nofs tal-2018 kienu 364 in-numru ta’ inċidenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena meta mqabbla mal-499 bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena.

Miriam Dalli kienet qed tindirizza konferenza dwar charging points għall-vetturi elettriċi, u Net News staqsa lill-Ministru Dalli għaliex ħafna familji għadhom mhux qed jitħajru jagħmlu l-qalba għal karozza tal-elettriku.

F’pajjiżna sa tliet xhur ilu kien hawn total ta’ 306, 144 karozza tal-passiggieri. Ċifra li teskludi l-vetturi kummercjali, muturi, e-scooters u vetturi tat-trasport pubbliku bħal coaches, karozzi tal-linja u mini-buses.

Minn dawk it-306,000 huma biss 2.271 il-karozzi elettriċi.

Dawn in-numri ħariġhom il-Gvern inniffsu, madankollu il-Ministru baqgħet tmeri ċ-ċifri uffiċjali, mingħajr ma tat raġuni għaliex ħafna familji Maltin qed jibqgħu ma jitħajrux jixtru karozza tal-elettriku.