Futbol Sport

National Amateur League: Senglea Athletic b’punti massimi

Senglea Athletic 7-1 Pembroke Athleta

Senglea Athletic żammew l-ewwel post ta’ Sezzjoni A tal-Amateur League meta għelbu mingħajr diffikultà lil Pembroke Athleta bl-iskor kbir ta’ 7-1. It-tim ta’ Senglea fetħu vantaġġ ta’ tliet goals fl-ewwel disa’ minuti tal-partita biex amministraw il-logħba mill-bidu nett. Kane Bonello fetaħ l-iskor fir-raba’ minuta, żewġ minuti wara Esquivel Sebastian Perdomo rdoppja żewġ minuti wara u auto goal ta’ Larkin Attard fid-disa’ minuta għamel l-iskor 3-0. Weverton Gomes skurja l-goal waħdieni ta’ Pembroke A fit-18-il minuta. Fit-tieni taqsima Senglea A skurjaw erba’ goals permezz ta’ dopjetta ta’ Matteo Desira Buttigieg u dopjetta oħra ta’ Timothy John Thomas u goal ieħor ta’ Esquivel Sebastian Perdomo għal dopjetta personali u skor finali ta’ 7-1.

Kalkara 0-3 Mġarr United

Mġarr United għelbu lil Kalkara United 3-0. Mġarr fetħu l-iskor kmieni fil-partita minn Jurgen Grech fit-tmien minuta. John Micallef irdoppja l-iskor fit-58 minuta filwaqt li Saint Ebisindor Christian skurja l-aħħar goal ta’ Mġarr fit-83 minuta.

Qormi 1-5 Birżegguġa St. Peters

Birżebbuġa St. Peters akkwistaw l-ewwel rebħa tal-istaġun meta rebħu bi skor konvinċenti ta’ 5-1 kontra Qormi. Għat-tim ta’ Qormi din kienet l-ewwel telfa wara żewġ rebħiet. Andrely Kouessabio Makela u Keith Muscat skurjaw dopjetta kull wieħed filwaqt li Christian Desira skurja l-goal l-ieħor għal Birżebbuġa. Iro Curmi niżżel ismu għat-tim ta’ Qormi b’goal fit-58 minuta.

Ta’ Xbiex 0-3 Sta. Venera Lightnings

Fl-aħħar logħba Santa Venera Lightings rebħu l-ewwel tliet punti filwaqt li ħallew lil Ta’ Xbiex mingħajr l-ebda punt. Santa Venera daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ goal meta Matthias Vella skurja fl-24 minuta. Fit-tieni taqsima Miguel Grima rdoppja fit-62 minuta, biex Jesmael Catania jiskurja fil-ħin miżjud għal riżultat ta’ 3-0.

It-Tlieta Xgħajra Tornados jilgħabu kontra Żabbar Saint Patrick fit-20:30 fis-Centenary Stadium.