Sport Sport Ieħor

Open tal-Istati Uniti: Carlos Alcaraz jirbaħ l-ewwel Grand Slam tiegħu

(Ritratt: EPA)

Carlos Alcaraz rebaħ l-ewwel Grand Slam fil-karriera tiegħu meta fil-finali tal-Open tal-Isati Uniti għeleb lil Casper Ruud 6-4 2-6 7-6 (7-1) 6-3.

Din ir-rebħa tfisser ukoll li Alcaraz tela’ fl-ewwel post fir-ranking biex sar l-iżgħar plejer fl-istorja li laħaq il-quċċata tal-aqwa plejers tad-dinja fl-età ta’ 19-il sena.

Minn naħa tiegħu Casper Ruud tilef it-tieni finali ta’ Grand Slam tiegħu wara li f’Ġunju li għadda wkoll tilef fil-Finali kontra Rafael Nadal fil-Philippe-Chatrier.

Iga Swiatek rebħet l-Open tal-Istati Uniti tan-Nisa

Is-seed numru wieħed Iga Swiatek rebħet l-Open tal-Istati Uniti tan-nisa meta fil-finali rebħet lil Ons Jabeur 6-2, 7-6. Swiatek b’hekk issa għandha tliet Grand Slams f’isimha u saret l-ewwel Pollakka b’dan in-numru ta’ titli maġġuri.

(Ritratt: EPA)