Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi wara inċident fin-Naxxar

Sewwieq ta’ mutur minn San Ġwann kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.

Il-każ seħħ ftit wara d-0900 tat-Tnejn filgħodu fit-Telgħa t’Alla u Ommu meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li għal xi raġuni s-sewwieq ta’ 58 sena tilef il-kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li waqa’.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura.

Filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.