Waqt il-partita bejn Cadiz u Barcelona f’Estadio Nuevo Mirandillo, ir-referee tal-partita kellu jwaqqaf il-logħob hekk kif supporter ta’ Cadiz sofra attakkak tal-qalb fl-istands. Fost il-paniku li nqala anke fost il-plejers il-goalkeeper ta Cadiz Jeremías Conan Ledesma deher jiġri jġib id-Defibrillator Kit u mar jagħtiha lil paramediċi li marru jassistu lill-persuna kkonċernata.
Wieħed seta jinnota fost oħrajn lil plejer ta’ Barcelona Ronald Araujo intefa’ jitlob mal-art filwaqt li r-referee wara għaxar minuti ordna l-plejers jidħlu fid-dressing room. Il-partita kompliet 40 minuta wara filwaqt li s-supporter ittieħed l-isptar għal aktar osservazzjoni.
