Il-Ħadd filgħaxija l-Italja temmew stennija ta’ 24 sena, meta rebħu t-tazza tad-dinja wara li għelbu lil Polonja 3-1. It-Tazza tad-Dinja ntlagħbet fil-Polonja u s-Slovenja bejn is-26 t’Awwissu u l-11 ta’ Settembru, fejn il-pajjiżi organizattivii klassifikaw fit-tieni u r-raba’ post rispettivament.
Il-finali ntlagħbet fl-arena ta’ Katowice fil-Polonja fejn il-pajjiż ospitant lagħab kontra t-tim Taljan. L-arena li tiflaħ 11,000 spettatur kienet mimlija bil-kuluri abjad u aħmar bħala support lit-tim Polakk li baqgħu jagħtu s-support lit-tim tagħhom sal-aħħar ħinijiet tal-logħba, anke meta lejn l-aħħar kollox kien qed juri li se jitilfu l-finali. Il-Polonja fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel set bil-punteġġ ta’ 25-22. Minn hemm bdiet ir-reazzjoni tat-tim Taljan fejn rebaħ it-tliet settijiet ta’ wara bil-punteġġ ta’ 21-25, 18-25 u dak finali 20-25.
Dan kien ir-raba’ suċċess dinji għat-tim Taljan wara r-rebħ konsekuttiv tal-1990, 1994 u 1998. It-tim Taljan issa hu klassifikat fit-tieni post bħala rebħ tal-kampjonat dinji wara li l-Unjoni Sovjetika rebħet it-tazza tad-dinja sitt darbiet. Għat-tim Taljan dan hu t-tieni unur konsekuttiv wara li fl-2021 huma rebħu t-tazza Ewropea meta għelbu lit-tim Sloven 3-2.

Fil-logħba għat-tielet u r-raba’ post li nltagħabet ukoll fl-arena ta’ Katowice l-Polonja, il-Brażil rebħu l-midalja tal-bronż meta għelbu lis-Slovenja 3-1. Il-Brażil rebħu l-ewwel żewġ logħbiet bil-punteġġ identiku ta’ 25-18. It-tim Sloven reġa’ daħal fil-partita meta għamel l-iscore 2-1 bil-punteġġ ta’ 22-25. Il-Brażil aċċerta l-midalja tal-bronż meta mill-ġdid reġa’ għeleb lis-Slovenja 25-18. Għal Brażil din kienet is-sitt darba konsekuttiva li telgħu fuq il-podium fil-fnali tat-tazza tad-dinja, meta fl-2002, 2006 u fl-2010 rebħu t-tazza tad-dinja, filwaqt li fl-2014 u fl-2018 iklassifikaw fit-tieni post.
//= $special ?>