Lokali

Żewġt irġiel jittieħdu l-isptar wara inċident fil-Marsa

Żewġt irġiel kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.

Il-każ seħħ ftit wara l-ħdax tat-Tnejn filgħodu fi Triq Diċembru Tlettax meta għal xi raġuni vettura tat-tip Toyota IQ, misjuqha minn raġel ta’ 63 sena minn Santa Luċija, ħabtet ma’ vann Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 46 sena mill-Imsida.

Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 63 sena, flimkien ma’ raġel ta’ 50 sena mill-Isla li kien passiġġier miegħu.

Dan filwaqt li s-sewwieq tal-vann ma’ ġarrab ebda ġrieħi.