Lokali

80 sena ilu saret il-preżentazzjoni tal-George Cross lill-poplu Malti

Tmenin sena ilu, fl-1942, saret il-preżentazzjoni uffiċjali tal-George Cross lill-poplu Malti li kien ingħata fil-15 ta’ April tal-istess sena.

Iċ-ċeremonja kienet inżammet quddiem Palazz tal-President, fejn illum hemm Misraħ San Ġorġ. Il-Prim Imħallef George Borg irċevih f’isem il-poplu Malti.

Is-sinifikat ta’ din il-preżentazzjoni kien kbir bil-bosta, fejn in-nies akkost it-tbatija tal-Gwerra, qalb it-terrapien u l-bini mġarraf li ġabet magħha t-Tieni Gwerra Dinjija nġabru f’din il-pjazza biex jaraw dan l-avveniment.

Matul il-jiem ta’ wara, il-George Cross kien ittieħed fil-bliet u l-irħula.