Lokali

Anzjan iweġġa’ bil-moħriet f’għalqa f’Għawdex

Ritratt: Martin Agius

Anzjan ta’ 72 sena residenti Għajnsielem qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-moħriet f’għalqa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30 ta’ dalgħodu fil-limiti taż-Żewwieqa, f’Għajnsielem stess waqt li l-anzjan kien qed jaħdem bil-moħriet.

L-anzjan ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.