Futbol Sport

Dybala protagonist f’rebħa ta’ Roma kontra Empoli

Minn Charles Camenzuli

Bir-raba’ rebħa minn sitt partiti Roma telgħu fil-ħames post fil-klassifika bi 13-il punt daqs Udinese u punt taħt il-leaders Napoli, Atalanta u Milan.

B’Roma jkollhom aktar pussess fl-ewwel fażi tal-partita, fis-17-il minuta marru fil-vantaġġ wara li Paulo Dybala għeleb lil Guglielmo Vicario b’xutt minn barra l-kaxxa. Minkejja l-iżvantaġġ, Empoli qasmu l-logħob għal ħinijiet twal . Fis-27 minuta Fabiano Parisi kien ammonit għal foul fuq Dybala sabiex fit-43 minuta Empoli kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Petar Stojanovic kien Filippo Bandonelli li għeleb lil Rui Patricio.

Fit-tieni taqsima żdiedet il-pressjoni minn Roma li fil-71 minuta marru fil-vantaġġ. Pass ta’ Dybala lejn Tammy Abraham li għeleb lil Vicario. Tmien minuti wara għal foul fil-kaxxa ta’ Liberatp Cacace fuq Roger Ibanez, Livio Marinelli saffar penalty. Taħ Lorenzo Pellegrini li laqat il-mimduda biex il-vantaġġ doppju sfuma. Fis-87 minuta Marinelli keċċa lil Jean Akpa għal foul fuq Chris Smalling b’Empoli komplew l-aħħar minuti bi plejer anqas.