L-eks ministru tal-finanzi Edward Scicluna qal li kien eżerċita d-diskrezzjoni tiegħu fl-għażla tal-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta meta għażlu għall-Bord tal-FIAU; dikjarazzjoni li tidher f’kontradizzjoni max-xhieda tiegħu quddiem l-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Professur Edward Scicluna, Ministru tal-Finanzi bejn l-2013 u l-2020, xehed dalgħodu fi proċeduri mressqa mill-President tal-għaqda Repubblika Robert Aquilina quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPA). It-Tribunal, ippresedut minn Noel Camilleri, qed jisma’ xhieda fil-każ dwar ir-rifjut tal-Pulizija ta’ talba għall-Ħelsien tal-Informazzjoni li kienet titlob il-lista tal-individwi kollha nominati biex iservu fuq il-bord tal-gvernaturi tal-Financial Intelligence Analysis Unit.
Din il-lista tinkludi lill-eks deputat kummissarju Silvio Valletta, li rtira fl-2019 fost rapporti ta’ kunflitti ta’ interess kemm mal-Gvern kif ukoll ma’ Yorgen Fenech – in-negozjant akkużat b’kompliċità fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fl-2017.
Fix-xhieda tiegħu, il-Profs Scicluna qal lit-tribunal li taħt l-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus, il-Ministru għandu s-setgħa li jinnomina membri fil-bord tal-FIAU.
“Hija l-prerogattiva tal-ministru, kull ministru, li jaħtar individwi fil-bord – huwa msejjaħ political appointment, fil-fatt.”
Din il-prerogattiva ma kinitx limitata għall-bord tal-FIAU, qal Scicluna, li rrimarka li, pereżempju, il-bord tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) kien jinkludi tliet nominati li huma, mill-perspettiva tal-ministru, kwalifikati biex ipoġġu fuq il-bord. “Ma naħsibx li l-persuni li jinnominaw individwi ma jkunux jafu x’qed jagħmlu.
“M’hemm l-ebda klassifika, kull wieħed mit-tlieta eliġibbli,” qal Scicluna, fi tweġiba għal mistoqsija tal-avukat ta’ Repubblika Sarah Cannataci. Mistoqsi dwar il-ħatra ta’ Silvio Valletta, Scicluna kien kategoriku. “Nirrepeti, kienet il-prerogattiva tiegħi u m’għandix għalfejn niġġustifikaha.”
It-Tribunal talab lil Cannataci biex tagħti xi kuntest għall-mistoqsijiet tagħha. Cannataci qalet kif mill-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fit-12 ta’ Awwissu 2020 Scicluna kien qal li Valletta ntgħażel fuq il-bażi tal-anzjanità.
Irrimarkat li Scicluna qal li wieħed mill-kandidati l-oħra, iċ-Chief of Staff ta’ Scicluna ta’ dak iż-żmien, kien jilħaq l-età tal-irtirar qabel ma jiskadi t-terminu tal-kariga. Ix-xhud wieġeb li dan kien qallu l-assistent tiegħu- li l-aktar uffiċjal anzjan kien se jirtira.
“Din ma kinitx appuntament bil-klassifika u l-bqija, huma [il-kandidati] jitressqu… id-deċiżjoni hija tiegħi,” qal Scicluna. Iċ-Chairman tat-Tribunal spjega li l-appellant kien qed jitlob l-ismijiet tal-kandidati l-oħra, li ma kinux ta’ dominju pubbliku. Scicluna wieġeb li jassumi li dawk l-individwi lanqas biss kienu jkunu jafu li ġew nominati għall-kariga. Cannataci impenjat ruħha li tesibixxi kopja legali tax-xhieda ta’ Scicluna qabel l-inkjesta pubblika fi żmien 15-il jum.
Iżda l-kandidat li Scicluna kien qal li kien se jirtira, l-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija Pierre Calleja -Supretendent dak iż-żmien, ma kienx. Calleja kien serva bħala l-persuna nominata fil-bord tal-FIAU mill-Kummissarju tal-Pulizija sa mill-bidu tal-bord u kien l-aktar uffiċjal tal-pulizija anzjan fuq il-bord. Bogħod milli jirtira, Calleja kien baqa’ u wara ġie promoss għal Viċi Kummissarju. Repubblika qed jargumentaw li fil-ħin tal-għażla tal-bord tal-FIAU, Calleja kien qal lil Malta Today li l-irtirar tiegħu kien “bogħod.”
L-implikazzjoni li qed tagħmel ir-Repubblika hija li minkejja li għamel din id-dikjarazzjoni, Calleja kien ħalla l-forza sentejn biss wara. It-tluq tiegħu mill-korp tal-pulizija, u għalhekk, il-bord tal-FIAU, fetaħ it-triq għall-ħatra ta’ Silvio Valletta fil-bord, jgħidu. Calleja, li rtira fl-2016, wara 29 sena servizz fil-korp tal-pulizija, ħa l-istand ukoll. Cannataci staqsa jekk qattx ikkunsidra li jieqaf mill-forza qabel irtira.
“Hemm drabi fil-pulizija meta trid tirriżenja imma mbagħad jerġa’ jibda s-sens ta’ dmir,” wieġeb Calleja. Fakkar li kien hemm żmien, fl-2011, meta kien viċin li jirriżenja. “Kien touch and go,” qal. Xehed ukoll dalgħodu l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, li kien okkupa l-kariga bejn l-2016 u l-2020.
Waqt li għamlet l-eżami lil Cutajar fuq il-pedana, Cannataci staqsiet min kien fassal il-lista ta’ nominati għall-Bord tal-Gvernaturi għall-FIAU. “Ma nistax inwieġeb dan, imma meta sirt kummissarju fl-2016, il-bord tal-FIAU kien diġà kostitwit.”
L-avukat staqsiet jekk jiftakarx min kien ħoloq il-lista aġġornata fl-2017, matul il-mandat tiegħu bħala Kummissarju tal-Pulizija, u spjega li l-Kummissarju tal-Pulizija kien ġie ordnat mill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data biex jesebixxi verżjoni redatta lill-attur. Cutajar wieġeb li ried jirreferi għad-dokument, li ma kienx esebit, għax ma riedx joqgħod fuq il-memorja tiegħu. L-appellant talab li jesebixxi dokument ta’ erba’ paġni li fih kienu elenkati n-nominati.
Il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafa, preżenti waqt is-seduta ta’ dalgħodu, ma oġġezzjonax li dan id-dokument jiġi esebit. Wara li ħares lejn l-esebit, Cutajar ikkonferma li l-firma tiegħu kienet fuq id-dokument. Cannataci staqsa liema grad kienu jokkupaw in-nominati fis-servizz pubbliku. “Il-liġi ma timponix limitazzjoni fuq il-gradi fin-nominazzjonijiet,” irrimarkat.
“Għandek raġun,” wieġeb Cutajar, “imma l-prattika normali hija li n-nominati jintgħażlu mill-gradi ta’ Supretendenti u ogħla.” Cannataci staqsa kif il-lista tal-2019 ġiet ikkomunikata lil Cutajar. Huwa kkonferma li kien permezz tal-indirizz elettroniku uffiċjali tal-gvern tiegħu u li kien ħoloq il-lista hu stess. L-Avukat Miguel Degabriele, li jirrappreżenta l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, irriżerva d-dritt tiegħu li jeżamina kontra x-xhieda fi stadju aktar tard. Il-każ ikompli f’Ottubru.
//= $special ?>