Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Għada id-diskors ‘State of the Union’ mill-President tal-Kummissjoni Ewropea

Robert Cremona jirrapporta minn STRASBURGU

L-Erbgħa se jsir id-dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar id-diskors ‘State of the Union’ li se twassal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. Imbgħad, għada stess, ikun hemm ċans għall-Membri Parlamentari Ewropew biex jagħmlu skrutinju tax-xogħol imwettaq mill-Kummissjoni.

Id-diskors ‘State of the Union’ huwa l-preżentazzjoni ta’ dawk li għandhom ikunu l-projoritajiet tal-Ewropa għas-sena li ġejja. Kif ukoll, analiżi tal-aħħar 12-il xahar.

Qabel dan id-dibattitu – permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali – il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola stqarret illi issa huwa ż-żmien li nqumu b’saħħitna bħala Ewropej; b’azzjonijiet f’waqthom u kuraġġużi.

“Magħqudin, hija l-uniku triq li se twassalna negħlbu l-isfidi tal-għoli tal-ħajja, il-bidla fil-klima, l-enerġija, is-sigurtà tal-ikel u l-gwerra fl-Ewropa”, qalet Metsola. Filwaqt illi insistiet li flimkien, l-Ewropej jistgħu jagħmlu aktar – għaliex dan huwa l-mument tal-Ewropa.