Il-Papa, fl-aħħar sigħat, beda vjaġġ mill-Vatikan lejn il-Kazakhstan, fl-Asja Ċentrali, u meta hu qed jiddedika dan il-vjaġġ — it-38 wieħed apostoliku tiegħu — lill-Madonna u r-relevanza tagħha għall-ħajja tal-bnedmin.
Il-Kap tal-Kattoliċi qed jattendi għas-Seba’ Kungress tal-Mexxejja tad-Dinja u r-Reliġjonijiet Tradizzjonali u se juża wkoll dan il-vjaġġ biex jinkoraġġixxi lill-membri tal-komunità żgħira tal-Kattoliċi fil-Kazakhstan.
It-tema tal-Kungress ta’ din is-sena titratta ‘ir-rwol tal-Mexxejja tad-Dinja u r-Reliġjonijiet fl-Iżvilupp Soċjo-Spiritwali tal-Umanità wara l-Pandemija.’
Intant, il-Papa – permezz tal-vjaġġ li jintemm il-Ħamis – qed ikompli bl-impenji biex jippromwovi l-paċi fid-dinja u meta hu qiegħed ifittex l-għajnuna u kooperazzjoni tal-mexxejja reliġjużi oħrajn.
//= $special ?>

