Ambjent Lokali

“Jeħtieġ pjanar xieraq biex Malta ma tinqeridx”

Malta trid pjan olistiku fejn ikkolna pjanijiet lokali riveduti u policies li fuq kollox jagħmlu sens biex jħallux spazju miftuħ jinqered.

Hekk tenna l-editorjal tal-gazzetta the Malta Independent fejn intqal li huma bosta li qed jitolbu biex fil-budget li jmiss ikun hemm ippjanar aħjar u jieqaf l-abbuż f’zoni li suppost huma mħarsa u li issa l-Prim Ministru Robert Abela għandu jieħu azzjoni immedjata biex jieqaf l-isfreġju f’ċertu inħawi tal-gżejjer Maltin.

L-editorjal kompla li hawn zoni li rnexxielhom iżommu l-karattru uniku tagħna, speċjalment fl-irħula, madankollu dawn iz-zoni kull ma jmur qed jitnaqqru.

L-artiklu ssokta billi qal li llum qabel għada jeħtieġ li wieħed josserva ċertu uniformità fil-bini, biex il-karrateritiċi Maltin ma jintilfux.

L-editorjal kompla li l-aħħar Gvernijiet ħallew li ċertu karrateristiċi jintilfu, fejn sa anki Għawdex kull ma jmur qiegħed f’riskju li nitilfu dak kollu li jagħmlu uniku.

“L-iżvilupp u l-kostruzzjoni jeħtieġ li jimxu pari passu mal-wirt u l-patrimonju Malti, il-kultura, l-ambjent u fuq kollox il-benesseri tal-poplu kollu.”

L-editorjal kompla billi qal l-Kamra tal-Kummerċ ilha ssostni wkoll dan kollu u li issa jeħtieġ diskussjoni serja mal-NGO’s ambjentali.

“Bejnietna jeħtieġ li nsaqsu, jekk se nibqgħu noħonqu l-ambjent Malti, dak li jiġi jżurna, it-turist se jibqa’ jagħżel li jiġi Malta? Jew se jmur Sqallija?”

L-Editorjal għalaq li issa huwa kollox f’idejna x’nagħmlu bil-preżent u l-futur tagħna u l-ġejjieni se jkun qed jirrifletti l-azzjonijiet li l-politiċi fit-tmexxija se jkunu qed jieħdu llum.