Internazzjonali

L-Armenja: Għexieren ta’ mejtin waqt il-battalji ġodda mal-Ażeri

epa08700707 A still photo taken from handout video made available by the Ministry of Defence of the Republic of Armenia shows defeat of Azerbaijani armoured vehicles at Nagorno-Karabakh Republic, on a border of Armenia and Azerbaijan, 27 September 2020. According to media reports, Armenia has imposed martial law and total military mobilisation after clashes have erupted in the territorial conflict between Armenia and Azerbaijan in Nagorno-Karabakh Republic, with both sides reporting civilian deaths after shelling, artillery and air attacks along the front. EPA-EFE/ARMENIA DEFENCE MINISTRY PRESS S MANDATORY CREDIT BEST QUALITY AVAILABLE HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Mietu għexieren ta’ suldati waqt battalji li żbruffaw mill-ġdid bejn il-qawwiet tal-Armenja u l-Ażerbajġan.

Dawn il-pajjiżi avversarji, fil-passat, kienu ġġieldu diversi battalji — flimkien ma’ żewġ gwerer kbar –għall-kontroll tar-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh li jifforma parti mill-Ażerbajġan u li għandu wkoll popolazzjoni ta’ Armeni etniċi.

Il-Prim Ministru Armen, Nikol Pashinyan, qal li mietu xi 50 suldati Armeni waqt il-battalji li seħħew matul il-lejl tat-Tnejn – u bl-Ażerbajġan ma jiżvelax l-ammonti tal-vittmi fuq in-naħa tiegħu.

L-aħħar battalji żbruffaw minkejja li r-Russja, fl-2020, kienet sponsorjat waqfien mill-ġlied bejn l-Armeni u l-Ażeri wara sensiela ta’ battalji li fihom l-Ażeri kienu rebħu numru ta’ artijiet għall-ispejjeż tal-Armenja.