Omm u bint li kienu jinsabu f’nofs ta’ baħar ġew evakwati mill-Forzi Armati u ddaħħlu Malta, il-Ħadd filgħaxija.
Dan tħabbar mill-Gwardja tal-Kosta Taljana, it-Tnejn filgħaxija fejn intqal li huma nġiebu lejn pajjiżna minħabba problemi mediċi
It-tifla kienet tinsab fi stat serju ta’ nuqqas ta’ ilma u kien jeħtieġ li tingħata attenzjoni medika urġenti.
Sa issa l-Forzi Armati ta’ Malta ma ħarġet l-ebda notifika dwar din l-aħbar u kienu l-Gwardja tal-Kosta Taljana li qalu dan.
Fuq l-istess lanċa, kien hemm 28 persuna li ġew salvati mill-awtoritajiet Taljani wara li l-grupp kienu mgħejjuna minn bastiment li jtajjar il-bandiera tal-Liberja.
//= $special ?>