Fl-aħħar jiem ir-rabta tar-Reġina Eliżabetta II ma’ pajjiżna kienet punt ta’ diskussjoni għal ħafna.
Net News tkellem ma’ Simone Azzopardi, lettur tal-Istorja fi ħdan l-Università ta’ Malta fejn tat ħarsa magħna lejn din ir-rabta li bdiet primarjament bejn l-1949 u l-1951.
Ir-Reġina Eliżabetta żaret lil pajjiżna għadd ta’ drabi wara, fejn anki ġiet Malta f’għeluq is-60 anniversarju taż-żwieġ tagħha mal-Prinċep Fillipu.
Azzopardi spjegat magħna li għalkemm hemm ir-rabta kbira, xorta waħda ma nisgħux ma nħarsux lejn il-kisbiet li l-poplu Malti kiseb fil-perjodu ta’ meta Eliżabbetta II kienet fuq it-tron tar-renju.
Hija qalet li llum pajjiżna jinsab fil-Commonwealth, li jekk jintuża tajjeb, dan jaf ikun pjattaforma ewlenija għad-diplomazjija u li fuq kollox iressaq lil pajjiżi li xi darba kienu taħt l-Imperu jersqu lejn xulxin.
Simone Azzopardi għalqet l-intervista billi tenniet li tajjeb li llum irridu b’għemilna ngħożżu l-indipendenza li ksibna u li ngħożżu dak kollu li jgħamilna, kemm dak li l-poplu għadda minnu fil-passat, u dak li hemm imħejji għall-futur.
Ara silta mill-intervista hawnhekk.
//= $special ?>