Tifel ta’ 7 snin sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn sular għoli f’residenza fi Triq Santa Marija fil-Gudja. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30pm tal-bieraħ.
Mill-istħarriġ li sar u minn dak li qalu l-Pulizija, it-tifel waqa’ sular minn taraġ ta’ residenza.
Minnufih fuq il-post issejħu ħaddiema tal-ambulanza fejn ħadu lit-tifel l-isptar Mater Dei. Hemmhekk huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>