Sport Sport Ieħor

Anthony Joshua jiġi approvat fil-WBC rankings għall-ġlieda kontra Tyson Fury

(Ritratt:EPA)

Il-boxer Ingliż Anthony Joshua ġie approvat fil-WBC rankings u b’hekk huwa ser ikun disponibli sabiex jiġġieled kontra Tyson Fury. Il-boxers Ingliżi ser ikunu qed jiġġieldu għal-WBC heavyweight title.Peress li Joshua ma rnexxilux jiddefendi t-titli li kellu u tilef fir-rematch kontra l-Ukren Oleksander Usyk il-boxer Ingliż jinsab disponibli sabiex jikkonfronta lil-Tyson Fury għal-WBC belt.

Id-data proposta hija t-3 ta’ Diċembru 2022. Madankollu Joshua għadu mhux ikkonfermat bħala l-avversarju ta’ Fury għal din il-ġlieda hekk kif hemm iżjed boxers li huma disponibli għal din il-ġlieda u dawn qed jiġu evalwati, fosthom Andy Ruiz, Deontay Wilder u Robert Helenius.L-avversarju ta’ Fury huwa mistenni li jiġi kkonfermat fil-bidu ta’ Novembru.