Unjoni Ewropea

DALGĦODU: Id-diskors ta’ Ursula von der Leyen li jwitti t-triq għax-xhur li ġejjin

ROBERT CREMONA jirrapporta minn Strasburgu

Kollox jinsab lest biex fid-9am jiġi preżentat id-diskors State of the Union mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.

Dan tallum qed jitqies bħala diskors importanti ferm għall-futur tal-kontinent Ewropew, kemm minħabba l-gwerra fl-Ukrajna kif ukoll minħabba l-kriżi tal-enerġija. Fil-fatt, ħafna MEPs qed jistennew li l-President tal-Kummissjoni tagħti direzzjoni ċara.

L-aspettattiva fi Strasburgu hija kbira. Iżda fil-verità, ħafna jridu li jisimgħu kliem konkret mill-Kummissjoni – speċjalment fejn tidħol l-inflazzjoni u ż-żieda fil-prezzijiet.

NET NEWS se jkun qed jaġġornakom pass pass bl-iżviluppi kollha li qed iseħħu llum fil-binja tal-Parlament Ewropew.