Albert u Enrico Scerri jinsabu fi Newcastle l-Ingilterra biex jieħdu sehem f’tournament open tad-darts.
F’dan it-turnament se jipparteċipaw diversi plejers Brittaniċi b’Albert u ibnu Enrico se jieħdu sehem kemm fil-kategorija singles kif ukoll dawk tad-doubles.

Iż-żewġ plejers tad-darts, li jilgħabu wkoll mat-tim nazzjonali Malti qed jippreparaw bi sħiħ għal dan l-avveniment fejn għaddejjin b’taħriġ intensiv.
It-tournament jibda l-Ġimgħa li ġej u jispiċċa l-Ħadd.
