Charles Camenzuli
It-tim Nazzjonali Malti tal-Futsal se jerġa’ jkun fl-azzjoni meta jiltaqa’ kontra l-Estonja f’partita internazzjonali ta’ ħbiberija nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Settembru
Is-selezzjoni tal-futsal, li se tiffaċċja l-Estonja fil-belt kapitali Tallinn, se tkun fl-azzjoni ftit sigħat biss qabel it-tim nazzjonali immexxi minn Devis Mangia jilgħab kontra l-Estonja f’konfront deċiżiv mill-UEFA Nations League.
Zeljko Ancic, kowċ tat-tim nazzjonali tal-futsal, għażel 20 plejer fl-iskwadra proviżorja tiegħu li tinkludi erba’ goalkeepers u 16-il plejer fejn fosthom hemm ukoll erba’ plejers mit-tim ta’ taħt id-19 il-sena.
Il-goalkeepers magħżula huma : Clint Mifsud, Dylan Cacciattolo, Brendon Debono, u Matthias Borg.
Il-kumplament tal-plejers huma : Karl Sciortino, Giancarlo Sammut, Andre Ciancio, Steven Camilleri, Jean-Noel Azzopardi, Cleaven Portelli, Matthew Attard, Dale Valletta, Luke Gatt, Ryan Muscat, Andrew Abela, Andrew Cachia, Nathan Balzan, Shiraz Attard, Collin Sammut, and Ivin Gatt .
//= $special ?>