Futbol Sport

It-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena jirbaħ il-UEFA Development Tournament

(Ritratt: MFA)

Wirja pożittiva mit-tim Nazzjonali ta’ taħt il-15 il-sena li għeleb 3-2 lill-Iskozja sabiex Malta rebħet il-UEFA Development Tournament li fih kien hemm wkoll Ġibilta’ li sfaw megħluba minn Malta 2-0 fil-partita tal-ftuħ.

Skozja fetħu l-iskor permezz ta’ Fletcher Boyd bit-tim Malti jikseb il-gowl tad-draw permezz ta’ Scott Camilleri li skorja minn corner. Madankollu erba’ minuti wara kien Conman Chritie li rega’ poġġa lil Iskozja fil-vantaġġ. Reazzjoni immedjata mit-tim Malti mmexxi mill-kowc Francesco Macri . Fis-60 minuta kien Liam Buhagiar li approfitta minn żball difensiv u għamel l-iskor 2-2 Fis-66 minuta kien Dale Vella li għeleb ll avversarju dirett wara li segwa corner għal Malta mgħoti mix-xellug tal-lasta avversarja.