Sport Sport Ieħor

Table Football: Jurgen Balzan fl-azzjoni fil-Kampjonat Belġjan

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Jurgen Balzan kien ġewwa l-Belġju flimkien mat-tim tiegħu Belġjan ST Stembert.  ST Stembert kienu qed jipparteċipaw fl-ewwel rawnd tal-kampjonat Belġjan.  Huma rebħu l-logħob kollha tagħhom, inkluż ic- Champions kurrenti AS Hannuyer bir-riżultat 2-1, u b’hekk jinsabu fl-ewwel post fil-klassifika.  Il-kampjonat Belġjan ser jitkompla f’Novembru.  Barra il-kampjonat Belġjan kien hemm ukoll it-Tazza Belġjana fejn ST Stembert għelbu lit-Tim ta’ Flanders fil-kwarti tal-finali u f’Novembru ser jilghabu fis-semi finali.

It-tim kien Kompost minn Daniel Scheen, Pascal Scheen, Melina Scheen, Eric Threis, Salvatore Visconti u Jurgen Balzan.

Jurgen Balzan kellu prestazjoni mill-aqwa, u issa fi tmiem din il-ġimgħa ser jkun qed jirraprezenta lill-Malta fit-Tazza tad-dinja li ser tigi organiżżata f’Ruma. Balzan ser jkun qed jirrapreżenta lill-Malta fil-kategorija ‘Open’ individwali kif ukoll tat-timijiet.