Net Media bi stazzjon tar-radju fuq DAB
Maltin Biss – stazzjon tar-radju ġdid li jagħti spazju lil kanzunetti lokali 24 siegħa kuljum.
Dan huwa l-istazzjon li ġie mniedi illum minn Media.Link Communications, stazzjon li se jkun aċċessibli biss fuq il-pjattaforma tad-DAB.
Net News tkellem mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u Kap Eżekuttiv tal-kumpanija ta’ Net Media, Michael Piccinino fejn saħaq dwar l-importanza li l-media tespandi fuq pjattaformi ġodda.
Tkellimna wkoll mal-Kap tal-Programmi Josef Fitzpatrick fejn spjega li dan l-istazzjon se jkun qiegħed idoqq biss mużika bil-Malti jew mużika miktuba mill-Maltin u l-Għawdxin.
Dan filwaqt li Karl Gouder, Kap tal-Operat ta’ Net Media sostna li din hija avventura ġdida li jinsab fiduċjuż li se tkun qed tagħti l-frott tagħha bil-għan li s-semmiegħa jingħataw l-aqwa servizz.
Apparti li dan l-istazzjon se jkun aċċessibli fuq il-pjattaforma tad-DAB, matul il-jiem li ġejjin il-pubbliku se jkun jista’ wkoll jieħu togħma tiegħu kemm fuq il-midja soċjali u sit onlajn.
//= $special ?>