Il-kelma fil-kurituri ta’ Strasburgu kienet ilha ddur mill-bieraħ – iżda dalgħodu, kellna l-konferma uffiċjali li l-mara tal-President Ukren Volodomir Zelensky se tkun qed iżżur il-Parlament Ewropew.
Olena Zelenska waslet għall-ħabta tat-8:30am. Hi intlaqgħet mill-President tal-Parlament Roberta Metsola, u mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen li llum tagħmel id-diskors ‘State of the Union’.
Il-mara ta’ Zelensky kellha wkoll taħdidiet bilaterali fil-magħluq.
Zelenska fl-aħħar xhur saret personalità li bħal żewġha imbuttat mhux ftit il-kawża tal-Ukreni għal-libertà ta’ pajjiżhom.
//= $special ?>