Sport Sport Ieħor

Tennis: Il-BTC Anniversary Open fl-aħħar fażi

Il-Ħamis jintlagħbu l-Kwarti tal-Finali tal-Irġiel u s-Semi Finali tan-Nisa

Charles Camenzuli

Fil-Birkirkara Tennis Club bdiet l-aħħar fażi tal-Birkrkara Tennis Club Anniversary Open.

Partecipazzjoni minn 20 pajjiż ta’ xejn anqas minn 60 tennist fil-kategorija tal-irġiel u ħdax f’dik tan-nisa .

Fil-kwarti finali Liam Delicata għeleb lil Nicholas Degaetano f’żewġ sets 6-0 ; 6-1. F’partita mill-isbaħ kien Mark Gatt li elimina lil Bradley Callus fejn wara li rebaħ l-ewwel set 7-6 rebaħ ukoll dak deciżiv 7-5 . It-tielet partita mill-kwarti finali kienet miftuħa għal kull riżultat fejn wara li Matthew Debono fil-kontront ta’ Hegoi Jauregui rebaħ l-ewwel set 6-2, tilef iż-żewġ sets ta’ wara bil-punteġġ identiku ta’ 6-4.

Fl-aħħar partita mill-kwarti finali Matthew Asciak għeleb lil Dwayne Pullicino f’żewġ sets 6-1 ; 6-1. 

Fis-semi finali li ser tintlagħab għada l-Ħamis, Liam Delicata jilgħab kontra Mark Gatt filwaqt li Hegoi Jauregui jilgħab kontra Matthew Asciak

Għada l-Ħamis tintlagħab ukoll l-ewwel semi finali tan-nisa bejn Emma Montebello u Marina Tawdrws.