Lokali

Tinfetaħ inkjesta dwar theddid lil Nadine Lia

Il-Maġistrat Nadine Lia

Ittra thedded lill-Maġistrat Nadine Lia wasslet biex infetħet inkjesta Maġisterjali.

Fl-aħħar sigħat, Lia rceviet ittra li tghid li l-karriera u l-ħajja personali tagħha kienet se titkisser.

Il-Maġistrat ftit tal-jiem ilu kienet mitluba tirrekuża ruħha minn każ li l-avuktar difensur fih hu missier ir-raġel tal-istess Lia.

Madankollu hi rriffjutat li tirrekuża ruħha.

Kienet l-għaqda Repubblika li talbet li Nadine Lia tieħu pass lura u tevita li tkun hi li tisma dan il-każ minħabba r-rabtiet li għandha mal-avukat li se jkun qed iressaq id-difiża.

Fi stqarrija, l-istess għaqda kkundannat bla riżervi l-ittra li ntbagħtet lill-Maġistrat.

L-għaqda qalet li hi kkritikat kull fejn dehrilha lil Nadine Lia b’mod xieraq u apert,  iżda qalet li l-kritika qatt m’għahdha ssir b’theddid u azzjonijiet magħmula bil-moħbi.

Repubblika qalet li n-nuqqas ta’ qbil għandu jiġi espress b’mod ċivili u fil-limiti tal-liġif filwaqt li awgurat li l-awtoritajiet jinvestigaw u jieħdu l-azzjoni kollha skont il-liġi.