Liverpool bl-ewwel rebħa fil-grupp
Grupp C:
Bayern Munich 2-0 Barcelona
Ittimbrata bħala l-partita tal-ġurnata fost dawk fil-programm tat-Tlieta, kif wieħed stenna l-attenzjoni fuq Robert Lewandowski li wara snin bħala pedina ewlenija għal Bayern, din id-darba kien bħala avversarju. 0-0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima b’Bayern aktar deciżi, fil-51 minuta , Lucas Hernandez għeleb lil Marc Andre’ ter Stegen minn pass ta’ Joshua Kimmich. Ebda cans għal Barcelona biex jirritaljaw. Fil-55 minuta l-iskor sar 2-0 meta minn azzjoni ta’ Jamal Musiala, Leroy Sane ma falliex. Gowl li għalaq il-partita kmieni u t-tieni rebħa għal Bayern fil-grupp.
Viktoria Plzen 0-2 Inter
F’partita li ddominaw għal kollox, b’gowl f’kull taqsima, Inter kisbu l-ewwel rebħa fil-kompetizzjoni filwaqt li Viktoria sofrew it-tieni tefa minn daqstant partiti. Fl-20 minuta Inter marru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Joaquin Correa kien Edin Dzeko li għeleb lil Jindrich Stanek. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fit-62 minuta tkeċċa Pavel Bucha għal Viktoria. Inter approfittaw tant li disa’ minuti wara minn pass ta’ Dzeko kien Denzel Dumfries li għeleb lil Stanek.
Grupp A:
Liverpool 2-1 Ajax
Partita waħda lbieraħ bl-oħra tintlagħab llum. Sodisfazzjoni għal Jurgen Klopp li mid-diżappunt fit-telfa ta’ 4-1 kontra Napoli, ra lil Liverpool iwettqu r-reazzjoni li xtaq kontra avversarju dirett fi grupp A. Wara biss 17 il-minuta, Liverpool marru fil-vantaġġ. Gowl minn Mohamed Salah li minn azzjoni ta’ Diogo Jota għeleb lil Remko Pasveer. Reazzjoni immedjata minn Ajax li fis-27 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn pass ta’ Steven Berghuis kien Mohamed Kudus li għeleb lil Alisson Becker għal 1-1. Bil-partita miftuħa għal kull riżultat f’mument meta kollox deher li draw seta jikkuntenta lit-tnejn, minuta mit-tmiem minn azzjoni ta’ Kostas Tsimikas kien Joel Matip li għeleb lil Pasver għal rebħa li taffiet bil-bosta l-aħħar riżultati negattivi.

Grupp B:
Porto 0-4 Club Brugge
Minn Grupp B, Club Brugge b’sorpriża għelbu lil Porto 4-0. Penalty ta’ Ferran Jutgla wara kwarta logħob poġġa lit-tim Belġjan fil-vantaġġ. Fit-tieni taqsima, Kamal Sowah għamilhom 2-0 biex fit-52 minuta Andreas Olsen għalaq il-partita. Lejn it-tmiem, Antonio Nusa għamel l-iskor 4-0.
Bayern Leverkusen 2-0 Atletico Madrid
Żewġ gowls lejn tmiem il-partita taw rebħa ta’ 2-0 lil Bayer Leverkusen fuq Atletico Madrid. L-ewwel gowl wasal fl-84 minuta permezz ta’ Robert Andrich b’Moussa Diaby jiskorja t-tieni gowl tliet minuti wara.
Grupp D :
Sporting Lisbon 2-0 Tottenham Hotspur
F’Estadio Jose Alvalade f’Lisbona dak li ma seħħx matul id-90 minuta seħħ fil-ħin miżjud bi Sporting Lisbon jiksbu rebħa drammatika u t-tieni waħda tagħhom fil-grupp. 0-0 sa tmiem l-ewwel taqsima bid-difiżi rispettivi rari jgħatu cans għal offensiva avversarja. F’mument meta draw deher li kien riżultat ġust, fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud minn azzjoni ta’ Pedro Goncalves kien Paulinho li għeleb lil Hugi Lloris. Ebda ħin għal reazzjoni minn Tottenham bi Sporting japprofittaw fit-93 minuta meta b’azzjoni personali kien Arthur li mill-ġdid għeleb lil Lloris.
Marseille 0-1 Eintracht Frankfurt
F’partita oħra, Eintracht Frankfurt barra minn darhom rebħu 2-0 kontra Marseille. Jesper Lindstrom poġġa lil Frankfurt fil-vantaġġ ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima biex fit-80 minuta. Daichi Kamada għamel l-iskor 2-0.
//= $special ?>