Il-President taċ-Ċina komunista, Xi Jinping, u l-President tar-Russja, Vladimir Putin, fis-sigħat li jmiss,se jiddiskutu l-gwerra fl-Ukrajna ‘flimkien ma’ suġġetti oħra internazzjonali’ waqt laqgħa li tibda għada l-Ħamis fl-Użbekistan.
Il-laqgħa għandha ssir waqt summit li jindika ‘alternattiva’ għad-Dinja tal-Punent, u meta Xi Jinping qed jagħmel l-ewwel żjara barra ċ-Ċina mill-bidu tal-pandemija tal-Covid-19.
Hu minnu wkoll li Xi Jinping qed iħares lejn tielet mandat ta’ tmexxija konsekuttiva li fih innifsu għandu jitqies bħala tragward storiku. Intant, qed tispikka l-alleanza tiegħu ma’ Putin meta r-relazzjonijiet tal-Mexxej Russu mal-Punent missew mal-qigħ minħabba l-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna.
Xi Jinping, li bħalissa jinsab il-Kazakhstan, ‘il quddiem irid jiltaqa’ ma’ Vladimir Putin waqt is-Summit ta’ Shangai Cooperation Organization (SCO) f’Samarkand li jintemm nhar il-Ġimgħa, is-16 ta’ Settembru.
//= $special ?>

