Unjoni Ewropea

Zelenska tingħata standing ovation

Ursula von der Leyen tasal fi Kiev illum stess

Kienet standing ovation għal Olena Zelenska, il-mara tal-President Ukren Volodomyr Zelensky, illi dehret emozzjonata ferm bil-merħba li tawha l-MEPs fi Strasburgu – merħba li ingħatat fil-Parlament Ewropew eżatt wara taħdidiet diretti li l-First Lady Ukrena kellha mal-President tal-Parlament Roberta Metsola u anke mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.

Zelenska ma wasslet ebda diskors fi Strasburgu. Iżda l-immaġini tagħha kienet biżejjed biex l-istituzzjonijiet Ewropej jifhmu sew dak li għaddej minnu l-poplu Ukren. Fil-fatt, il-mara ta’ Zelensky dehret il-ħin kollu komposta; f’xi waqtiet anke emozzjonata.