Il-Maġistrat li qed tippresjedi proċeduri ta’ kontestazzjoni kontra l-Kummissarju tal-Pulizija, li fihom l-NGO Repubblika qed titlob lill-qorti tordna lill-Kummissarju jieħu passi kontra l-individwi rrakkomandati għall-prosekuzzjoni mill-inkjesta Pilatus, iddifferiet il-każ għal Ottubru.
Meta bdiet is-seduta, siegħa tard il-Qorti, nfurmat lill-partijiet li kienet irċeviet ittra anonima b’rabta ma’ dawn il-proċeduri u poġġiet il-kawża għal Ottubru. Il-Maġistrat imbagħad immedjatament skużat ruħha, qamet u telqet mill-awla, injorat it-talba tal-avukat ta’ Repubblika Jason Azzopardi biex jibda jiddetta nota verbali.
Is-seduta kollha damet inqas minn minuta. Il-każ issa se jkompli fis-27 ta’ Ottubru, wara l-ewwel seduta ta’ kawża Kostituzzjonali mressqa mir-Repubblika dwar ir-rifjut tal-maġistrat li tirrikuża ruħha fil-proċeduri ta’ kontestazzjoni, li huma skedati għat-12 ta’ Ottubru.
//= $special ?>