Anzjana ta’ 89 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn mutur. L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tat-3.15pm fi Triq Dun Karm, Birkirkara.
Skont l-ewwel informazzjoni li nagħtat, jidher li l-anzjana ntlaqtet minn mutur misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti r-Rabat, Għawdex.
L-anzjana ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>