Budget 2023 Għawdex Lokali

Il-GRDA tipproponi tibdil fit-taxxa tal-boll u li l-ekokontribuzzjoni li tkun tħallset Għawdex tibqa’ Għawdex

L-Awtorità għall-Iżvilup Reġjonali t’Għawdex, il-GRDA preżentat il-mudell ekonomiku reġjonali għal Għawdex u sssottomettiet ukoll il-proposti tagħha għall-budget li jmiss.

B’kollaborazzjoni ma’ Oxford Economics, il-GRDA nediet mudell makroekonomiku tal-ekonomija Għawdxija.

Permezz ta’ dan il-mudell, il-GRDA se tkun tista’ tipproduċi tbassir ta’ indikaturi importanti bħalma huma l-impjiegi u t-tkabbir turistiku f’Għawdex.

Il-GRDA ser tkun ukoll f’pożizzjoni li timmudella l-impatt ta’ miżuri fuq Għawdex, u b’hekk tpoġġi lill-Awtorità f’pożizzjoni aktar b’saħħitha biex tifformula proposti ta’ deċiżjonijiet sodi u bbażati fuq l-evidenza.

Matul din l-ewwel konferenza dwar l-ekonomija reġjonali, Oxford Economics ippreżentat ħarsa
ġenerali tal-mudelli ekonomiċi filwaqt li Mario Borġ, CEO tal-GRDA, ippreżenta r-riżultati
ewlenin kif ukoll ippreżenta xi proposti għall-baġit li jmiss li jinkludu:

• Tibdil fit-taxxa tal-boll fuq proprjetà residenzjali sabiex tirrifletti l-realtajiet soċjoekonomiċi u ambjentali ta’ Għawdex
• ġie suġġerit li l-ekokontribuzzjoni mħallsa f’Għawdex tibqa’ Għawdex u tintuża skont
il-ħtieġa għaż-żoni turistiċi fil-gżira
• L-Awtorità qed tipproponi wkoll jibdew jigu ippublikati l-input-output/supply-use tables biex b’hekk id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-konfront ta’ Għawdex ikunu riċerkati u jagħtu aktar stampa reali tal-karatteristiċi distintivi tal-gżira.